Futbol Kurżitajiet Sport Turiżmu

FILMAT: Javier Zanetti jżur Malta

L-eks captain u plejer tal-futbol ta' Inter FC u tan-nazzjonal Arġentin, Javier Zanetti, żar pajjiżna għal darb'oħra. 

L-eks plejer u bandiera tal-klabb tal-Inter, Javier Zanetti, fil-jiem li għaddew żar Malta. Fost id-diversi avvenimenti li għalihom attenda f’Malta, hu ġie mistieden minn Marasaxlokk FC Youth Nursery, flimkien mal-Fondazzjoni PUPI Malta.

Dan it-training camp sar il-Ħamis 2 ta’ Marzu fil-grawnds ta’ Marsaxlokk stess. Din l-attivita’ saret bl-għan li tgħin lill-Fondazzjoni PUPI, u filfatt id-dħul kollu li sar mill-ħlas tal-parteċipazzjoni tat-training camp mar kollu b’risq din l-istess fondazzjoni.

Il-Fondazzjoni PUPI, li hi tal-istess plejer ta’ fama internazzjoni, għandha l-għan li tgħin tfal inqas ixxurtjati fejn b’kollox PUPI tagħti għajnuna lil madwar elf tifel u tifla fil-periferija ta’ Buenes Aires.

Javier Zanneti inġieb f’Malta minn Paul Fenech, li hu ħabib personali u President tal-Inter Club PUPI Zanetti, u filfatt hu jżur Malta regolarment sabiex jagħqdi dmirijietu fil-fondazzjoni tiegħu stess.

Hu telaq minn pajjiżna nhar is-Sibt illi għadda b’titjira Ryanair lejn l-ajruport ta’ Orio f’Bergamo.

Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ħafna Maltin kellhom l-opportunita’ li jitlaqgħu ma’ dan il-plejer u bosta kienu dawk li ħadu ritratt u tellaw r-ritratti fuq Facebook.