Sidien ta’ ħanut li jinsab fi Triq il-Qawra, fil-Qawra, qed jappellaw għall-għajnuna tal-pubbliku wara li żagħżugħ inqabad f’kameras tas-sigurtà jaħtaf prodotti minn fuq l-ixkafef u jaħbihom taħt il-ġakketta.
Iż-żagħżugħ, aktarx barrani li l-identità tiegħu għad mhix magħrufa, ħareġ barra mill-istabbiliment mingħajr ma ħallas u kien tard wisq meta l-impjegati ndunaw b’dak li seħħ.
Il-filmati għaddew għand il-Pulizija, u min għandu xi informazzjoni qed jintalab jgħaddiha lill-Pulizija.
//= $special ?>

