Internazzjonali

George Michael miet minn kawżi naturali

 

Il-mewt tal-kantant, George Michael, kienet dovuta għal mard tal-qalb u fil-fwied, skont maġistrat inkwerenti li kkonferma ‘il-kawża tal-mewt naturali’.

Il-konklużjoni u r-rapport finali tal-awtopsja jfissru li mhemmx il-ħtieġa li tinfetaħ inkjesta dwar il-mewt tal-kantant, fl-età ta’ 53 sena, li seħħ f’Jum il-Milied meta George Michael kien fid-dar tiegħu f’Goring-on-Thames, f’Oxfordshire.

Il-funeral ta’ George Michael kien inżamm milli jsir waqt li kienu għaddejjin it-testijiet relatati. Dan meta l-Pulizija ta’ Thames Valley ħarġu l-istqarrija oriġinali li l-mewta ta’ George Michael ‘ma kenitx suspettuża anki jekk ma kellhiex spjegazzjoni ċara u rrifjutabbli’. Intant, awtopsja inizjali fuq il-katavru tal-kantant kienet ‘inkonklussiva’.

Issa, jidher li mhuma se jsiru l-ebda ‘aġġornamenti’ fil-każ, bil-familja ta’ George Michael titlob biex il-media u l-pubbliku jirrispettawlha d-dritt għall-privatezza.

George Michael kien sar famuż bħala membru tad-duo Wham ( ma’ Andrew Ridgeley) u tul is-snin stabbilixxa ruħu bħala kantant ta’ fama kbira internazzjonali, b’sensiela ta’ hits bħala solista fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku.