Liċenzja li nħarġet mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan biex Massive Promotions ikollhom drittijiet esklussivi għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ St. Patrick’s fis-17 ta’ Marzu twaqqfet minn mandat ta’ inibizzjoni mill-Qorti.
Dan wara li tliet stabbilimenti fil-lokal, Ryan’s Pub, Tiguglio u Saddles Bar ipprotestaw li Philip Gatt u Melchior Vassallo, f’isem Massive Promotions, ma kellhomx dritt għal dan għaliex mhux sidien ta’ xi stabbiliment fiż-żona.
L-istabbilimenti lmentaw li għalkemm tħallew ibiegħu x-xorb fuq barra tal-bars tagħhom, ma tħallewx idoqqu mużika fuq barra.
//= $special ?>