– Ċensu Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ċensu Galea appella biex ikun hemm impenn iktar qawwi lil hinn mill-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Ħarsien tal-Wirt Intanġibbli u jsir sforz kollettiv biex anki l-kliem li jinsab f’riskju ikbar li jintilef ikun salvat.
Fil-parlament Ċensu Galea qal li tul iż-żmien saru xogħlijiet kbar fuq ir-restawr tal-wirt stoirku tla-pajjiż. Hu appella biex ikun hemm inizjattivi biex ikun konsevat il-wirt intaġinġibbli fil-biedja li llum intilef fosthom it-terminoloġija. Prijorità oħra hi l-lingwa u l-kultura Malitja, flimkien ma’ numru ta’ tradizzjonijiet oħra li qabel kienu jsiru b’mod differenti mil-lum.
Hu appella biex ikun hemm investiment ikbar fil-kunsilli lokali għaliex dawn għandhom kontribut x’jagħtu fil-konservazzjoni tal-wirt storiku Malti. Ċensu Galea tkellem dwar il-mod kif in-nies qed tmur tgħix f’lokalitajiet ‘l bogħod u dan qed iġib taħlit li qabel ma kinx iseħħ. Hemm ukoll tradizzjonijiet li għandhom ikunu mħarsa u protetti.
Id-deputat Nazzjonalista appella biex ikun hemm konservazzjoni tal-kliem li qed jintilef b’mod ġenerali fil-lingwa Maltija. Hu tkellem dwar id-djalettika u qal li din għandha tkun konservata. Jeħtieġ impenn iktar qawwi lil hinn mill-konvenzjoni u jsir sforz kollettiv biex dak li jinsab f’rsksju ikbar li jintilef ikun salvat.
//= $special ?>