L-eks Sindku ta’ Ħal Qormi Jesmond Aquilina illum irċieva ittra anonima li dwarha ikkummenta b’mod pubbliku fuq is-sit soċjali Facebook. Preżentament, Jesmond Aquilina qed imexxi l-klabb tal-futbol tal-istess lokalita’.
Aquilina stqarr, “Grazzi lil min bagħtli din l-ittra anonima llum indirizzata lili bħala SINDKU għax tani promotion kif se jkollu t-tim tagħna Qormi FC dalwaqt għall-Premier. Ħadd u xejn mhu se jwaqqafna milli nkomlu l-mixja tagħna”.
Bħalissa Qormi FC jinsabu f’pożizzjoni tajba ħafna fl-Ewwel Diviżjoni bil-possibilta’ li fl-istaġun li jmiss jirritornaw fil-Premier.
Il-President ta’ Qormi FC kiteb hekk: “KURAĠĠ YELLOWS. Il-verita’ ħierġa dwar min verament għandu għal qalbu l-club u mhux l-interessi personali”.