Lokali

Jeħilsuha ħafif wara li tal-linja jitlef il-kontroll f’Burmarrad

Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta xufier ta’ karozza tal-linja tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu f’liwja tan-niżla ta’ Burmarrad. Konsegwenza ta’ dan, il-vettura baqgħet sejra dritt fi crash barriera u serrħet mal-ħajt.

L-inċident, li seħħ ftit qabel it-08:00 wassal għal ammont kbir ta’ traffiku, u fil-post kellhom jissejħu uffiċjali biex jidderieġu t-traffiku.

Ritratti: Waqfet Tal-Linja