Lokali Mużika

L-artisti Maltin jingħaqdu biex ifakkru lil Rhys Celeste

Il-mewt taż-żagħżugħ ta’ 24 sena Rhys Celeste, vittma ta’ inċident tat-traffiku f’Burmarrad, ħasdet lill-artisti li għal żmien twil kien ilhom jaħdmu mal-persuna li fix-xena tal-mużika kien magħruf bħala Microlith.

Celeste fl-aħħar xhur kien qed jikkollabora ma’ CPU Records ta’ Berlin, li fis-17 ta’ dan ix-xahar mistennija joħorġu Subtle Variance b’ġabra tx-xogħol ta’ Microlith, li lokalment kien għadu kif ippubblika xi xogħol mużikali tiegħu.

Issa, l-artisti Maltin li kkollaboraw ma’ Microlith ingħaqdu flimkien biex ifakkru l-memorja ta’ Rhys billi qed jaħdmu fuq pubblikazzjoni ta’ ġabra ta’ xogħol mużikali minn artisti differenti u ġeneri ta’ mużika differenti li ħadmu flimkien.

Il-proġett qed jitmexxa minn Justin Meli, magħruf bħala Sonitus Eco, u Acidulant.