Pajjiżi ewlenin tal-Unjoni Ewropea appoġġjaw il-kunċett għal livell ogħla ta’ integrazzjoni u koperazzjoni bħala membri tal-grupp ta’ Stati. Dan meta qed javviċina s-60 anniversarju tat-Trattat għat-twaqqif tal-Unjoni.
L-idea għall-kunċett intitolat multi-speed Europe tibbaża fuq livelli ta’ integrazzjoni akbar fejn grupp ta’ Stati membri tal-Unjoni jinsistu għal għanijiet komuni li jistgħu u huma lesti li javvanzaw. Hemm ukoll l-implikazzjoni li pajjiżi oħrajn membri tal-Unjoni jsegwu dan il-livell ta’ integrazzjoni aktar ‘il quddiem.
Fl-aħħar sigħat, il-Ġermanja, Franza, l-Italja u Spanja appoġġjaw il-kunċett ta’ integrazzjoni ogħla meta l-Mexxejja Ewropej kienu qed jiltaqgħu fil-Palazz ta’ Versaille, qrib ta’ Pariġi. Min-naħa tiegħu, il-President Franċiż Francois Hollande qal li l-għaqda bejn l-Istati Ewropej mgħandhiex tfisser uniformità.
Il-Mexxejja Ewropej qed jikkonċentraw fuq strateġija li twiegħed kooperazzjoni akbar, iżda fl-istess ħin il-possibbiltà li l-Istati membri differenti tal-Unjoni Ewropea jissieħbu fi proġetti komuni fiż-żmien li jaqbel lilhom.
Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni qal li l-Italja trid Unjoni Ewropea aktar integrata iżda, fl-istess ħin, Unjoni li tista’ tippermetti għal diversi livelli ta’ integrazzjoni.
//= $special ?>