Internazzjonali

L-Ungerija: L-immigranti kollha se jinżammu fil-kampijiet mal-fruntiera

Il-Parlament fl-Ungerija approva d-detenzjoni awtomatika tal-immigranti kollha li qegħdin ifittxu l-kenn politiku u li għandha ssir fil-kampijiet madwar il-fruntieri tal-pajjiż.

Il-leġislazzjoni,  approvata minn maġġoranza kbira ta’ deputati f’Budapest, qanqlet ‘tħassib profond’ mill-Aġenzija għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti.

Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orban, qal li d-detenzjoni qed issir bħala reazzjoni għall-aħħar attakki terroristiċi fl-Ewropa li twettqu minn immigranti. Orban anki sostna li l-Ungerija tallum tinsab ‘fi stat ta’ assedju’.