Kultura Lokali

Limestone Cowboy – il-film Malti b’ħolma internazzjonali

Il-ġimgħat li ġejjin mistennija jfissru marka oħra għall-kalendarju tal-produzzjonijiet lokali hekk kif erba’ snin ħidma minn Take 2 Entertainment isarrfu f’Limestone Cowboy.

Dan il-film jirrakkonta l-istorja ta’ Karist. Raġel ta’ 63 sena, eċċentriku u li hu konvint li kapaċi mhux biss jikkontesta għall-elezzjoni ġeneral imma wkoll jirbaħha.

Miktub minn Carlos Debattista u Jon Mallia, The Limestone Cowboy hu taħt id-direzzjoni ta’ Abigail Mallia, li ilha taħdem fl-industrija awdjoviżiva sa mindu kellha 19-il sena.