Lokali

Maria Farrugia tagħlaq 105 snin

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil flimkien ma' Marì.

Illum Maria Farrugia għalqet 105 snin, mara li ġġor magħha aktar minn seklu ta’ storja.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illum żar lil Marì fid-dar tagħha l-Ħamrun u bla ebda dubju Marì rrakontat uħud mill-ġrajjiet ta’ ħajjitha lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Dan l-istazzjon is-sena l-oħra kien ħa l-kummenti ta’ Marì li twieldet fis-7 ta’ Marzu tal-1912 fil-Ħamrun, u tista’ tgħid ilha tgħix fil-Ħamrun tul ħajjitha kollha.

Segwi f’din l-istorja dak li kienet qaltilna s-sena l-oħra:

Filmat: Aktar minn seklu ta’ storja – Maria Farrugia tagħlaq 104 snin