Raġel mill-Ażerbajġan ta’ 33 sena, li lbieraħ inqabad jipprova jisraq minn ħanut fil-Belt Valletta, jinstab ħati mill-Qorti u jeħel sena ħabs.
L-attentat tas-serqa sar f’ħanut tal-ħwejjeġ fi Triq Santa Luċija għall-ħabta tal-5 ta’ waranofsinhar.
Denis Prokofjev, il-persuna li nstabet ħatja tal-attentat tas-serqa, weħel sena ħabs wara li dan kiser ordni ta’ superviżjoni, hekk kif kellu sentenza f’każ separat marbut mad-droga.
//= $special ?>