L-awtoritajiet Franċiżi fir-reġjun tal-Alpi qalu li ma weġġa’ ħadd wara li valanga oħra laqtet ir-resort ta’ Tignes li hu popolari ħafna mad-dilettanti tas-skiing. Il-konferma ngħatat wara li l-ewwel rapporti minn Franza qalu li kienu ntradmu diversi persuni minn valanga tas-silg f’dawk l-inħawi.
Filwaqt li l-maltemp baqa’ jostakola t-tfittxija għal neqsin potenzjali f’diversi zoni tar-resort, jidher li l-awtoritajiet ikkonkludew l-impenji wara li ma sabux il-vittmi. Il-valanga li laqtet Tignes kienet irrappurtata fuq skala ta’ erba’ minn massimu ta’ ħamsa, bl-awtoritajiet jiddeċiedu li jagħlqu parti mir-resort għad-dilettanti tas-skiing.
Tignes hi magħrufa bħala resort għas-sport tax-xitwa u x-xahar li għadda kien seħħ inċident simili fl-inħawi, fejn mietu erba’ snowboarders b’konsegwenza ta’ valanga li radmet zona ‘il hinn mil-limiti immarkati għas-skiing.
//= $special ?>