Lokali

RITRATTI: Simon Busuttil maż-żgħażagħ waqt l-Expo tax-xogħlijiet fl-Università

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil għamel żjara lill-Careers & Research Expo organizzata mill-Kunsill Studenti Universitarji li qed issir fil-Quadrangle fl-Università.

Hu kien akkumpanjat minn David Agius, il-Whip u kelliem għall-Gvern Lokali, iż-Żgħażagh u l-Isport u mill-Kandidati Ryan Mercieca u Justin Schembri.

Simon Busuttil iddawwar mad-diversi stands u iltaqa’ ma studenti u ma rappreżentanti ta’ kumpaniji li spjegaw l-opportunitajiet ta’ xogħol li joffru lill-istudenti wara li jtemmu l-istudju tagħhom.

Il-Careers & Research Expo hi attività importanti fil-kalendarju ta’ attivitajiet tal-KSU għax l-iskop tagħha hu li l-istudenti jkollhom l-għodda meħtieġa biex jabbinaw il-ħajja studenteska u l-industrija f’ambjent li jaqsam l-innovazzjoni, jippromwovi r-riċerka u jippromwovi l-koperazzjoni.

Matul l-Expo, numru ta’ kumpaniji qed juru l-opportunitajiet ta’ xogħol lill-istudenti, jorganizzaw taħditiet interattivi u anke jsiru diskorsi importanti.

Il-Careers &

Research Expo tibqa’ miftuħa sa nhar il-Ħamis.