Lokali Temp

FILMAT: Twissija’ ta riħ qawwi jaħkem il-gżejjer il-Maltin; jinżel ukoll is-silġ

Mill-Arkivji
Riħ qawwi qed jiddomina t-temp f'Malta - fejn niżel ukoll is-silġ f'xi partijiet tal-gżejjer

L-uffiċju Meterjoloġiku ta’ Malta jwissi li riħ qawwi se jiddomina l-ġurnata tal-llum, sabiex il-pubbliku jkun mgħarraf. It-tbassir tat-temp qed ibassar li llum r-riħ se jkollu saħħa ta’ forza 6-7 li se jsir forza 8 aktar tard matul il-ġurnata.

It-twissija maħruġa mill-Uffiċju Meterjoloġiku jistqarr li dan l-avviż għandu jibqa’ għaddej sad-disgħa ta’ filgħaxija u tista’ tiġi mġedda.

L-avviż jgħid li r-riħ mill-Punent Majjistru mistenni li jkun ftit qawwi għal qawwi, lokalment qawwi ħafna f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin.

Matul il-lejl li ġej, it-temp mistenni jkun pjuttost imsaħħab u bil-ħalbiet tax-xita iżolati u b’riħ qawwi għal qawwi ħafna mill-Majjistral kultant jilħaq qawwa ta’ riefnu.

Għada wkoll, it-temp mistenni jkun iddominat b’riħ qawwi, hekk kif ġie mbassar li se jkun forza 7-8 li jsir forza 6-7.

Madwar Malta u Għawdex ukoll, kien hemm partijiet fejn minbarra xita, niżel ukoll ftit silġ.

Dan il-filmat juri l-mewġ qawwi f’Marsalforn Għawdex: