Kultura

Wirja tal-karozzi b’risq il-Fondazzjoni Nazareth

Id-dragster li se jkun esebit f'din il-wirja

Is-Soċjetà Mużikali Beland taż-Żejtun nhar il-Ħadd se torganizza wirja ta’ karozzi u muturi b’riżq il-Fondazzjoni Nazareth.

Fil-wirja li se ssir f’Pjazza Karlu Diacono fiż-Żejtun se jkun hemm karozzi moderni u klassiċi, trakkijiet Amerikani u Ewropej. Se jkun hemm ukoll karozzi uniċi f’Malta.

Il-wirja se ssir bejn l-10:00 u s-14:30.

Dawk li jixtiequ jipparteċipaw jistgħu jċemplu fuq 79250002.

Tags