Vann inqaleb fil-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar fid-direzzjoni lejn Burmarrad. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30AM meta r-raġel ta’ 56 sena mill-Mellieħa għal xi raġuni tilef il-kontroll u nqaleb f’razzett.
Fuq il-post tal-inċident issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu r-raġel mill-vann.
Il-Pulizija qalet li r-raġel ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>