Lokali

Carers bil-kuntratt ma jitħallewx jipparkjaw fl-Isptar Mount Carmel

Mill-Arkivji

Il-Management tal-Isptar Mount Carmel introduċa policy ġdida li ma ħalliex lill-carers bil-kuntratt milli jdaħħlu l-karozzi tagħhom fil-grounds tal-Isptar. Dawn il-ħaddiema kien ilhom idaħħlu l-karozzi għal iktar minn 20 sena u qatt ma kellhom problemi. Huma ma ingħatawx raġuni għaliex din il-policy kienet introdotta.

Sadattant jidher li l-Management qed iħalli lill-istaff nurses u lill-membri tal-management li jaħdmu mal-Gvern idaħħlu l-karozzi tagħhom u anke ingħataw passes lill-partners tal-infermiera biex ikunu jistgħu jwassluhom u jiġbruhom mill-isptar.

Jidher li l-Management naqas li jipprovdi postijiet ta’ parkeġġ addizzjonali barra l-Isptar biex ikun  hemm post għaż-żieda fin-numru ta’ korozzi li issa jridu jipparkjaw barra. Dan qed joħloq problemi kbar u anke qed tinġabar petizzjoni għax qed issir diskriminazzjoni kontra dawn il-carers li jridu drittijiet ugwali.

Sadattant fl-Isptar Monte Carmeli hemm diversi problemi fosthom il-firxa ta’ mard bħal infezzjoni tal-gastroentritis u nuqqas ta’ sodod moderni.