AĠĠORNATA: Ftit tal-ħin ilu għadhom kemm waqgħu biċċiet mill-ġebel tat-tieqa tad-Dwejra. Minn informazzjoni li għandna minn fuq il-post jidher li waqgħet kemm il-ġebla l-kbira u anki il-minduda li kienet qed isserraħ fuqha.
Minn informazzjoni li għandna fuq il-post jidher li dak il-ħin li ġġarrfet il-ġebla ma kienx hemm nies jimxu fuq it-tieqa u b’hekk ma jidher li qeġġa’ ħadd.
Din it-tieqa mhijiex bħal kull tieqa oħra hekk kif it-Tieqa tad-Dwejra hija meqjusa bħala wieħed mill-akar siti storiċi u prestiġjużi tal-gżejjer Maltin. Apparti minn hekk, kif jidher fir-ritratt t’hawn taħt, dan is-sit kien intuża wkoll minn diversi produzzjonijiet ċinematografiċi.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil tella’ Tweet u qal li din i ġurnata ta’ dwejjaq mill-pajjiż hekk kif din it-tieqa kienet ġawra naturali ta’ Malta.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat ukoll tella’ Tweet dwar din l-aħbar.
Aktar kmieni l-ġimgħa li għadda Netnews.com.mt kien tella’ storja dwar il-fatt li minkejja l-periklu li kien hemm fuq t-Tieqa tad-Dwejra xorta kienu jitilgħu mijjiet ta’ nies kuljum fuqha.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.
//= $special ?>