Lokali

Jinħatru 52 Surġent ġdid – fosthom 7 nisa

Il-Korp tal-Pulizija għandu fi ħdanu 52 Surġent gdid fosthom 7 nisa, li ngħataw din il-ħatra f’ċerimonja li seħħet fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Dan filwaqt li l-Korp qed jiċċelebra wieħed mill-akbar ammont ta’ membri nisa li qatt kellu tul l-istorja tiegħu b’430 membru mara, li jammontaw għal 20% tal-Korp sħiħ.

Żgur li l-ammont ta’ nisa qalb l-erbgħa korpi dixxiplinati mhux jonqsu hekk kif hemm madwar 560 membru, fejn 96 minnhom huma suldati u 36 oħra huma uffiċjal korrettiv.