Sport Sport Ieħor

L-aħwa Attard iżommu t-titlu

L-aħwa Norbert u David Attard

L-aħwa Norbert u David Attard rebħu t-titlu tad-doppji għat-tieni sena konsekuttiva, fil-kompetizzjoni nazzjonali li fiha ħadu sehem numru ta’ parteċipanti.

Fi triqthom lejn il-finali, huma għelbu l-isfida ta’ B. Desira/N. Ebejer 3-0 fil-fażi tal-aħħar 32, lil V. Busuttil/J. Agius 3-0 fl-aħħar 16, lil E. Scerri/T. Borg 3-1 fil-kwarti tal-finali u A. Scerri/G. Abela 4-2 fis-semifinali.

Fil-finali li lagħbu kontra M. Aquilina/E. Ciantar, kienu l-koppja ta’ Kalkara li rebħu l-ewwel leg, iżda reazzjoni immedjata tal-aħwa Attard wasslet biex rebħu l-erba’ legs sussegwenti. Aquilina u Ciantar naqsu d-distakk, iżda Norbert u David Attard reġgħu rebħu s-seba’ leg biex reġgħu ġew konfermati Champions tal-istaġun 2016/2017.

Dan it-titlu kien it-tielet wieħed għall-aħwa fi spazju ta’ anqas minn sena hekk kif f’Novembru tal-2016 kien rebħu wkoll il-Malta International Darts Open.

 

Bev Keen tirbaħ il-kompetizzjoni tan-nisa

Wara nuqqas ta’ numru ta’ snin, il-kampjonati nazzjonali tan-nisa reġgħu qed jiffurmaw parti mill-kalendarju tal-MDA, b’total ta’ 18-il parteċipant. Bev Keen rebħet l-unur wara li għelbet 2-0 lil Tracy Chambers, 2-1 lil Elaine Liddell, 3-0 lil Anne Hughes u fil-finali għelbet lil Stephania Buhagiar 3-0.

 

Tazza 5-a-side

Senglea M. Conquest, Mosta Horseshoe A, Floriana Ajax A u Kalkara St. Joseph ħadu vantaġġ fl-ewwel leg mill-kwarti tal-finali tat-tazza 5-a-side.

Riżultati: Birżebbugia Cox Sports Club v Senglea M. Conquest 2-3, Mosta Horseshoe Bar A v Ħamrun Education Bar A 4-1, Floriana Ajax A v Gudja POs Bar B 5-0, Kalkara St Joseph v Żejtun Beland Bullseye 4-1.