Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista jsellem lin-nisa kollha Maltin u Għawdxin, b’mod partikolari dawk li għaddejjien minn żminijiet diffiċli minħabba problemi tas-saħħa, familjari, finanzjarji jew ta’ xi xorta oħra.
L-MNPM qal li hu b’dispjaċir li jkollna nirreferu għall-indikatur internazzjonali, il-Global Gender Gap Index Report, studju li jinkludi 144 pajjiż, magħmul mill-Forum Ekonomiku Dinji li juri bl-aktar mod ċar kif l-ugwaljanza bejn nisa u rġiel f’Malta marret il-baħar taħt gvern immexxi mill-Partit Laburista.
ill-2013 għall-2016, waqajna 30 post lura fil-qasam tal-pagi tan-nisa, 42 post lura fil-qasam tas-saħħa b’mod ġenerali u 37 post lura fil-mod li mara tgħix f’saħħitha, 53 post lura fil-qasam tal-edukazzjoni, 29 post lura fil-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika u 80 post lura fil-karigi okkupati minn nisa f’pożizzjonijiet fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.
L-MNPN qal li dak li kellu jkun l-aktar gvern femminist tal-istorja ta’ pajjiżna u li kellu jpoġġina fl-ewwel post fl-Ewropa, b’dan l–istudju magħmul minn Harvard University naraw li aħna l-aħħar fl-Ewropa. Qabel in-nisa Maltin jiġu n-nisa kollha tal-Ewropa tal-Punent u tal-Lvant, dawk tal-Amerika ta’ Fuq u dik Latina, waqt li warajna hemm biss ċerti pajjiżi tal-Asja u tal-Afrika, fejn hu magħruf li d-drittijiet tan-nisa għadhom jiġu mkasbra.
Il-MNPN iħares b’fiduċja kbira ‘l quddiem għaliex ġa mill-Oppożizzjoni, il-Partit Nazzjonalista qed juri b’mod ċar u konkret bil-proposti tiegħu li l-mara Maltija bi Gvern immexxi mill-PN terġa’ takkwista d-dinjità li minnha kienet tgawdi qabel l-2013 u dan joħroġ bl-aktar mod qawwi fil-postijiet għolja f’dan l-istudju li kienet tokkupa f’dawk is-snin.
//= $special ?>