– Clyde Pulì, PN
Il-Global Gender Gap Index stabilixxa li fl-aħħar erba’ snin in-nisa Maltin marru lura fl-ugwaljanza u l-avvanz fis-soċjet tant li issa Malta tinsab l-aħħar fl-Ewropa.
Dan sosntih id-deputat Nazzjonalista Clyde Pulì meta kien qed jitkellem fil-parlament fil-kommemorazzjoni ta’ Jum il-Mara llejla.
L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia rringrazzja lid-deputati nisa għall-kontribut li qed jagħtu. Hu qal li għalkemm din il-leġislatura hi l-aktar waħda li fiha deputati nisa għad hemm iktar x’isir għaliex hmem biss 9 deputati nisa biss; li jammonta għal 12%.
L-Ispeaker kompla li l-Parlament għandu jkun il-forza tal-bidla biex titqajjem kuxjenza fis-soċjetà dwar il-mara u qal li d-deputati nisa Malitn qed jagħtu kontribut kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli qal li l-kampanji tan-nisa fis-soċjetà huma kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġel u sostna li d-dritt u l-ugwljanza tal-mara huma gwadan u ġustizzja għas-soċjeta. Hu qal li fl-aħħar snin kien hemm waqa’ fl-ugwaljanza tan-nisa f’Malta kif konfermat mill-Global Gender Gap Index li jkejjel l-avvanz tal-mara fis-setturi ewlenin tan-nisa.
In-nisa Maltin marru lura fis-setturi ewlenin kollha fejn il-pajjiż waqa’ 24 post lura biex issa Malta tinsab l-aħħar fl-Erwopa. Dan hu l-agħar riżultat li qatt inkiseb. Fil-kejl tal-faqar in-nisa trattati huma b’mod qawwi.
Clyde Puli appella biex issir ħidma kollettvia biex il-pajjiż ma jibqax sejjer lura għax jekk tirbaħ il-mara tirbaħ is-soċjetà.
Il-Ministru għal-Libertajiet Ċivili Helena Dalli qalet li l-Global Gender Gap qed ikun interpretat ħażin għaliex dan ir-rapport m’għandux ikun użat biex ikun stabbilit l-avvanz tan-nisa iżda biex tkun stabbilita d-differenza bejn in-nisa u l-irġiel fis-soċjetà. Hi semmiet il-bżonn tal-kwoti u ġabet l-eżempju tar-Rwanda li attwat politika favur il-kwoti.
Helena Dalli kompliet li l-gvern għandu jkkunsidra l-possibbiltà ta’ child care fil-parlament u jekk il-parlament għandux ibiddel il-ħinijiet meta jiltaqa’.
Id-deputat Marlene Farrugia qalet li jeħtieġ azzjoni pożittiva dwar in-nisa u sostniet li xejn ma kien iżomm lill-gvern milli fl-aħħar erba’ snin idaħħal bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fit-tmexxija ta’ bordijiet. Il-prekarjat l-aktar li qed isofruh huma n-nisa, sostniet Marlene Farrugia.
//= $special ?>