Id-difensur ta’ Bournemouth Tyrone Mings ġie sospiż ħames logħbiet mill-FA Ingliża għal kondotta vjolenti li fiha deher jirfes ras Zlatan Ibrahimovic. Id-difensur ġie akkużat wara d-draw tas-Sibt u għażel li jappella.
Iżda wara s-smigħ tal-Kummissjoni Indipendenti Regulatorja, l-FA Ingliża identifikat il-punti biex żżid is-sospensjoni fuq Mings. Ibrahimovic kien ġie sospiż tliet logħbiet għal daqqa ta’ minkeb fuq l-istess plejer fl-istess logħba. Wara l-logħba, Mings kien qal li kien aċċident. Iżda s-sanzjoni mill-Kummissjoni żdiedet wara sanzjoni standard għal kondotta vjolenti.
Fi stqarrija li ħarġu, Bournemouth qalu li jinsabu diżappuntati bid-deċiżjoni. L-FA Ingliża għad trid tispjega għaliex l-inċident fisser żewġ logħbiet addizjonali ta’ sospensjoni.
//= $special ?>