Ambjent Għawdex Lokali

Ritratti: Il-bqija tal-Ewropa taħt xokk hekk kif Malta tilfet it-Tieqa ikonika Għawdxija

Hekk kif it-Tieqa tad-Dwejra ntilfet darba għal dejjem, bosta siti tal-aħbarijiet internazzjonali onlajn kitbu dwar din it-telfa li ħalliet bla kliem lil diversi Maltin u Għawdxin.

Fost oħrajn BBC irrakuntant kif il-ġawra ikonika Għawdxija, sit fejn diversi Brittaniċi kienu jpoġġu lit-Tieqa tad-Dwejra bħala destinazzjoni numru wieħed sabiex jieħdu dak il-famuż stessu.

Is-sit tal-aħbarijiet Taljan TGcom iddeskriva wkoll kif it-Tieqa ġiet maħtufa darba għal dejjem mill-baħar.

Żgur li t-8 ta’ Marzu, 2017, se tkun data li se tibqa’ mnaqqxa fuq l-imħuħ ta’ bosta Għawdxin li s’issa għadhom ma jistgħux jemmnu t-telfa li ġarbet il-gżira tat-Tliet Għoljiet.