Internazzjonali

RITRATTI: Sptar fil-mira tal-ISIS; jinqatlu 30 persuna

L-akbar sptar militari fil-kapitali Afgana, Kabul, l-Erbgħa spiċċa fil-mira tal-ISIS. Dan hekk kif grupp ta’ erba’ rġiel armati, libsin ta’ tobba, daħlu fl-isptar Sardar Daud u bdew jisparaw u jwaddbu l-bombi bl-adoċċ. Attakk li fih tal-anqas 30 persuna nqatlu.

L-isptar fil-mira kien dak ta’ Sardar Daud, li fih 400 sodda.

Dawk li salvaw qalu li t-terroristi bdew jisparaw lejn kulħadd, kemm jekk kienu membri tas-sigurtà kif ukoll tobba u pazjenti.

Tags