Internazzjonali

Tħassib għall-mod kif is-CIA qed tispjuna fuq in-nies

Diversi kumpaniji fil-qasam tat-teknoloġija moderna u li l-prodotti tagħhom issemew li qed jintużaw mis-CIA għall-ispjunaġġ, bdew jevalwaw x’se tkun ir-reazzjoni tagħhom.
Dan wara li l-Wikileaks pubblikat eluf ta’ dokumenti li jiżvelaw kif is-CIA kienet tapprofitta minn prodotti bħas-smartphones u s-smart TV biex jispjunaw.
Id-dokumenti li nħarġu jkopru l-perjodu bejn l-2013 u l-2016 u s-CIA s’issa qed iżżomm fommha magħluq dwar il-każ. Il-każ hu imbarazzanti ħafna għas-CIA li taħdem biex tkun taf is-sigrieti ta’ ħadd ieħor imma ma rnexxielhiex iżomm is-sigrieti tagħha u xi ħadd issa svelahom mal-erba’ rkejjen tad-dinja.
Id-dokumenti svelaw kif is-CIA sabet mod kif tinfiltra prodotti teknoloġiċi ta’ kull jum fosthom it-televiżjoni u jużaw il-mikrofonu u anki kamera li jkollhom biex jispjunaw bihom.

Tags