Seba’ persuni ndarbu, tlieta minnhom serjament, wara li l-Ħamis filgħaxija seħħ attakk bil-mannara fi stazzjon tal-ferrovija f’Dusseldorf, fil-Ġermanja.
Hekk kif seħħ l-attakk, il-Pulizija fil-Ġermanja bdew tfitxija mmedjata għall-agressuri, u ġie arrestat raġel ta’ 36 sena b’konnessjoni mal-attakk.
Ir-raġel li kien deserti li hu “mill-eks Jugoslavia”, jidher li kien ferut serjament ukoll u jinsab l-isptar għall-kura.
S’issa mhemmx indikazzjoni li hemm rabta terroristika. Rapporti qalu li r-raġel ta’ 36 sena mill-eks Jugoslavja ibati bi problemi mentali.
Sadattant dejjem fil-Ġermanja, il-Pulizija arrestaw żgħażugħ li qatel it-tifel ta’ disa’ snin tal-ġarr tiegħu. Qtil li imbagħad poġġa l-filmat tiegħu fuq l-Internet. Mal-arrest tiegħu f’Herne nstab katavru ta’ raġel f’appartament filwaqt li hu suspsettat li ftit żmien ilu qatel ukoll mara.
//= $special ?>