Għawdex

Aħbarijiet dwar il-futur tad-Dwejra “fis-sigħat li ġejjin”

Il-Prim Ministru ma jagħti l-ebda dettalji

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern se jkun qed iniedi “inizjattiva internazzjonali” dwar it-Tieqa tad-Dwejra. Hu ħabbar din l-intenzjoni f’intervista minn Brussell.

Muscat qal li din l-inizjattiva se tkun qed titħabbar fil-ħin li ġej, b’diversi possibiltajiet li qed jiġu kunsidrati.

Bi tbissima fuq fommu, Muscat qal illi hu kien jittama li t-Tieqa tad-Dwejra ddum f’postha għal “deċenju jew ftit snin aktar”.

“Stay tuned!” kienet it-tweġiba ta’ Joseph Muscat lill-media Ingliża.

Muscat qal ukoll li hemm ħafna “nies” interessati dwar x’jista’ jiġri minn issa ‘l quddiem.