Għawdex Kurżitajiet

€3 biex tixtri biċċa mit-Tieqa tad-Dwejra

Il-paġna fuq ebay fejn wieħed isib dan ir-reklam
Fuq ebay qed jinbiegħu biċċiet mit-Tieqa tad-Dwejra

Xi ħadd f’Pisa iddeċieda li jpoġġi “ġebla” għall-irkant fuq Ebay, bil-bejjiegħ jinsisti li din hija parti mit-Tieqa tad-Dwejra li issa intilfet darba għal dejjem inqas minn 24 siegħa ilu.

L-aħjar offerta bħalissa hija dik ta’ €3 u l-offerti fuq din il-ġebla se jibqgħu jintlaqgħu għal sitt ijiem oħra fuq dan is-sit popolari. Il-bejjiegħ qed jgħid li hu żamm parti minn dik li kienet meqjusa “biċċa mill-istorja dinjija”.

Il-possibbiltà kbira hi li din il-ġebla m’għandha xejn x’taqsam mat-Tieqa tad-Dwejra, imma probabilment inġabret minn sidha mill-art, miż-żona tad-Dwejra. Għalissa hu impossibbli li bil-baħar li għadu qawwi hu wisq riskjuż li xi ħadd jogħdos fil-post. Madankollu fuq Ebay diġa’ bdew l-offerti.