Aktar kmieni wara nofsinhar għall-ħabta tas-siegħa neqsien kwart, il-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq 21 ta’ Settembru, Naxxar.
Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li żewġt irġiel mgħamda , daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxiera, żewġ nisa, waħda ta’ 25 sena residenti n-Naxxar u l-oħra ta’ 50 sena residenti Ħ’Attard, u raġel ta’ 49 sena residenti Birkirkara.
L-irġiel ħarbu minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
L-investigazzjonijiet mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.
//= $special ?>