Flok twiegħed azzjoni biex treġġa’ lura l-waqgħat kbar li n-nisa Maltin sofrew fl-ugwaljanza fl-erba’ oqsma mkejlin fil-Gender Gap Index tal-World Economic Forum, il-Ministru Helena Dalli qed tipprova tmeri s-sewwa magħruf u tigdeb sfaċċatament.
Fi stqarrija, il-Kelliem għad-Drittijiet taċ-Ċittadin, Djalogu Soċjali, u Xandir Clyde Puli qal dan diġà kienet għamlitu meta l-Ministru Dalli kienet waħħlet fl-abort għal dawn il-waqgħat; argument stupidu meta kulħadd jaf li Malta la kellha abort fl-2013 u lanqas issa. Il-Ministru Dalli issa, flok l-istupidaġni tal-abort, qed tigdeb apposta, kif sar vizzju tal-Gvern ta’ Joseph Muscat.
Lill-Ministru Helena Dalli jgiddibha proprju r-rapport dettaljat tal-Forum Ekonomiku Dinji li l-links għalih u għar-rapport dwar Malta qed jingħataw f’din l-istqarrija biex kulħadd ikun jaf kemm u kif qed tigdeb il-Ministru Helena Dalli.
Il-Ministru Helena Dalli taf li l-Global Gender Gap Index ikejjel id-diżugwaljanza fil-pagi tan-nisa, fis-saħħa, fl-edukazzjoni u fil-parteċipazzjoni tan-nisa. F’dawn kollha, u allura fil-kejl globali wkoll, in-nisa Maltin sofrew waqgħat kbar kemm ilha Ministru:
- fil-kejl globali tal-WEF, Malta waqgħet lura 24 post, mill-84 għall-108;
- fil-pagi tan-nisa, Malta waqgħet lura 30 post, mis-87 fl-2013 għall-117 issa;
- fl-ugwaljanza bejn il-pagi tan-nisa u tal-irġiel, mid-19 għad-49, lura 30 post;
- fis-saħħa tan-nisa, 42 post lura, mill-65 għall-107;
- fil-healthy life expectancy, lura mit-78 għall-115, waqgħa ta’ 37 post;
- fl-edukazzjoni, waqgħa lura ta’ 53 post, mit-58 għall-111;
- fil-parteċipazzjoni tan-nisa, mit-53 għat-82, lura 29 post; u
- fil-karigi ministerjali, waqgħa kbira ħafna lura ta’ 80 post, mill-41 għall-121.
Clyde Puli qal li l-Ministru Helena Dalli, flok tigdeb dwar il-World Economic Forum, imissha twiegħed azzjoni biex għallinqas terġa’ ttella’ lil Malta fejn kienet qabel Helena Dalli saret Ministru.
Dawn huma l-links għall-Global Gender Gap Index tal-2013 u l-aħħar wieħed, ħalli kulħadd ikun jista’ jikkonferma għall-affari tiegħu kemm qed tigdeb il-Ministru Helena Dalli:
Paġna 250 tar-rapport (pġ. 258 tal-pdf) ta’ din is-sena:
http://www3.weforum.org/docs/ GGGR16/WEF_Global_Gender_Gap_ Report_2016.pdf
mqabbla globalment u fl-oqsma differenti ma’ pġ. 274 (pġ. 282 tal-pdf) tar-rapport tal-2013:
http://www3.weforum.org/docs/ WEF_GenderGap_Report_2013.pdf