Lokali

Il-Kap tal-PN jattendi summit tal-EPP

Simon Busuttil u Roberta Metsola għas-Summit tal-PPE

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illum attenda għas-summit tal-Partit Popolari Ewropew fi Brussel. Din il-laqgħa saret qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Waqt is-summit, Simon Busuttil, aġġorna lill-mexxejja preżenti dwar is-sitwazzjoni f’Malta u spjega l-preparamenti għall-Kungress tal-EPP li se jsir f’Malta aktar tard dan ix-xahar fid-29 u t-30 ta’ Marzu. Il-Mexxeja tal-EPP, b’madwar 1,300 delegat u aktar minn 100 ġurnalist mistennija li jattendu għal dan il-kungress.

Fost dawk preżenti llum għas-summit tal-EPP kien hemm il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jeanclaude Junker, il-President tal-EPP Joseph Daul, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, il-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy u Prim Ministri oħra minn madwar l-Ewropa.

Simon Busuttil kien akkumpanjat mix-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin Roberta Metsola.