Il-Partit Nazzjonalista m’għandu ebda problema li l-Kummissjoni Elettorali tinvestiga dak kollu li trid dwar il-finanzjament tal-Partit. Il-Partit Nazzjonalista m’għandux x’jaħbi, għaliex m’hu fil-but ta’ ħadd. Fi stqarrija, l-Partit Nazzjonalista qal li tant kemm m’għandux x’jaħbi, li kuntrarjament għall-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista irreġistra lilu nnifsu mal-Kummissjoni Elettorali u ppreżenta d-dokumenti kollha mitluba mill-liġi.
Il-Partit Nazzjonalista insista li minn naħa l-oħra, għandna sitwazzjoni fejn il-Partit Laburista qed jikser il-liġi minn tliet fronti:
- għadu ma rreġistrax mal-Kummissjoni Elettorali
- ma ppreżentaw ebda dettalji dwar id-donazzjonijiet tagħhom, u kien għalhekk li ma rreġistrawx fil-ħin
- uffiċjali għolja tal-Partit Laburista u preżentaturi tal-media tal-istess Partit Laburista qed jitħallxu mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi.
Dawn li ġej kollha jaħdmu mal-media tal-Partit Laburista, iżda jaqilgħu l-flus mill-Gvern:
Dawn huma biss ftit mill-individwi li filwaqt li jaħdmu mal-Partit Laburista u mal-One Productions il-paga tagħhom toħroġ direttament mill-Gvern, mit-taxxi tal-poplu. Din hi l-vera SkemaPagi li teżisti.
Il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li issa, Muscat għandu jgħid jekk dak li qed jagħmel il-partit tiegħu hux frodi jew inkella ħasil ta’ flus.
//= $special ?>