Lokali Parlament

Jeħtieġ investiment fil-pulizija fl-Għassa tar-Rabat

– Antoine Borg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Antoine Borg appella biex ikun hemm iktar investiment fil-pulizija fl-Għassa tar-Rabat għaliex il-kobor ta’ din il-lokalità u l-attività kummerċjali u turistika li hemm fiha jirrikjedu iktar pulizija u inizjattivi ġodda.

Meta kien qed jitkellem fl-Aġġornament ta’ nhar l-Erbgħa Antoine Borg feraħ lill-pulizija li qabdu l-persuna li wettqet il-hold ups fir-Rabat u f Tas-Sliema u qal li dan seħħ wara numru ta’ każi ta’ serq ta’ flus u oġġetti oħra. Iżda mhux biss għaliex kienet insterqet ukoll u is-serenità fil-komunità Rabtija; kemm kummerċjali kif ukoll familjari. Dan filwaqt li kien daħal sentiment ta’ biża’ fil-komunità. Jirriżulta li mit-62 serqa li twettqu min lokalitajiet tad-distrett, 38 serqa kienu fir-Rabat fejn waħda kienet solvuta.

Hu qal li japprezza l-ħidma tal-pulizija biex jgħinu liċ-ċiattdin u sostna li l-pulizija għandhom diversi sfidi quddiemhom. Għalhekk għandhom ikunu ikkunsidrati diversi proposti.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li n-numru ta’ pulizija fl-Għassa tar-Rabat mhux biżżejjed. Dan minħabba diversi fatturi fosthom l-ammont ta’ turisti li jkunu fil-lokal flimkien mal-komunita lokali u kummerċjali u l-ammont ta’ anzjani li jgħixu hemm. Jeħtieġ isir iżjed investiment fil-pulizija fil-lokal fejn għandu jkun assenjat spettur specifikatament fir-Rabat biex is-sistema tiffunzjona aħjar.

Dwar ir-riżorsi disponibbli Antoine Borg qal li l-pulizija li jitpoġġew mal-iskejjel jistgħu jkunu wżati aħjar fil-lokal waqt li dan ix-xogħol jista’ jsir mill-gwardjani lokali. Dan għaliex jistgħu jkunu l-gwardjani lokali li jagħmlu dak ix-xogħol biex il-pulizja junu jistgħu jagħmlu d-doveri tagħhom fuq ir-ronda.

Antoine Borg qal li l-pulizija ma jistgħux jagħmlu iktar minn dak li qed jagħmlu bħalissa u sostna li għandhom ikunu introdotti s-segways għall-pulizija fil-lokal biex dawn ikunu ikunu effiċjenti u jaslu malajr fuq il-post meħtieġ. Hu appella biex ikunu introdotti l-pulizija turistiċi fir-Rabat biex ikunu rilaxxati r-riżorsi tal-pulizija fil-lokal.