Lokali

Mhux se terġa tinbena imma se ssir konsultazzjoni

Wara l-pressjoni li kien hemm fil-media internazzjonali il-Gvern iddeċieda li jniedi dokument għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-futur tad-Dwejra – dokument li għadu jrid jiġi diskuss fil-Kabinett.

Dan intqal f’konferenza tal-aħbarijiet illi għat-tieni jum konsekuttiv ġiet indirizzata minn erba’ Ministri tal-Gvern.

F’din il-konferenza tħabbar illi l-Gvern se jippubblika Paper sabiex jiġbor proposti dwar il-futur taz-zona kollha, wara li l-Erbgħa filgħodu krollatt it-Tieqa tad-Dwejra. Id-dokument se jkun qed jilqa’ proposti kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali.

Il-Gvern iżda qed jeskludi li t-Tieqa tad-Dwejra terġa’ tinbena.

Fost id-diversi xenarji li qed jiġu kunsidrati hemm li ssir esebizzjoni tal-fdalijiet tat-Tieqa, isir interpretation centre, installazzjonijiet artistici, jew artificial recreation. Il-Gvern miftuħ ukoll għal ideat oħra, anke jekk l-aħjar għażla tkun li kollox jibqa’ kif inhu.

Aktar kmieni meta kien qed jitkellem minn Brussell, il-Prim Ministru Muscat qal li pajjiżna se jkun qed iniedi inizjattiva internazzjonali. Wara iżda, irriżulta li l-ħsieb tal-Gvern kien li jniedi dokument għall-konsultazzjoni pubblika