Għawdex Lokali

Mit-Tieqa għall-Wiċċ tad-Dwejra?

Sigħat biss wara li t-Tieqa tad-Dwejra ġġarfet minħabba proċess naturali li kienu ilu għaddej snin, l-attenzjoni ta’ ħafna daret għal fuq formazzjoni fil-ġebla kkawżata mit-tiġrif tal-istess tieqa.

Dan hekk kif ħafna nnutaw li fejn qabel il-formazzjoni orizzontali tal-ġebel kienet tagħqad mal-kumplament tad-Dwejra, issa wieħed isib biċċiet ta’ ġebel li flimkien jiffurmaw xi ħaġa simli għal wiċċ ta’ persuna.

Ta’ min jinnota li fejn tidher din il-formazzjoni fil-blat jispikkaw xquq konsiderevoli, li aktarx iwasslu biex anke dan il-wiċċ issa jintilef ukoll.