Nicola Sturgeon, il-First Minister tal-Iskozja, qalet li referendum ieħor dwar l-indipendenza tal-Iskozja jista’ jsir fil-Ħarifa tal-2018. Dan ikun biss xhur qabel ir-Renju Unit ikun se jħalli l-Unjoni Ewropea bħala riżultat tal-Brexit.
Sturgeon qalet li hekk kif il-ftehim li r-Renju Unit ikun kiseb mal-Unjoni Ewropea bħala konsegwenza tal-Brexit, temmen li jkun sens komun biex l-Iskozja jkollha għażla ta’ liema triq għandha taqbad.
It-tieni referendum se jkollu bżonn l-approvazzjoni tal-Gvern ta’ May li spiss qalet li ma tarax għaliex għandu jkun hemm vot ieħor.
Il-ġejjieni tar-Renju Unit tpoġġa f’dubju peress li fir-referendum dwar il-Brexit fit-23 ta’ Ġunju, l-Ingilterra u Wales ivvutaw favur it-tluq mill-UE filwaqt li l-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq ivvutaw favur li jibqgħu.
Possibbiltà ta’ referendum dwar l-indipendenza tal-Iskozja fl-2018
