Lokali

Raġel jinqabad jisraq fil-fatt waqt ronda mill-Pulizija tal-Għassa tal-Belt

Il-ħanut Fresh Direct li jinsab fi Triq il-Fran

Raġel tard ilbieraħ filgħaxija nqabad jisraq fil-fatt mill-ħanut “Fresh Direct” fi Triq il-Fran il-Belt.

Ir-raġel nqabad mill-Pulizija tal-Għassa tal-Belt, Frederick Brincat (PC1253), Ronnie Azzopardi (PC322) u Jamie Xuereb (PC574) waqt li kienu qed jagħmlu ronda. Kif induna bil-Pulizija, il-ħalliel ipprova jaħrab iżda nqabad mill-Pulizija wara li ġrew warajh.

Hekk kif kien qed jiġri, l-ħalliel beda jarmi xi ċekkijiet, iżda dawn instabu mill-Pulizija u l-ammont tal-flus misruqa jammonta għal aktar minn €800.

Dan il-każ qed jitmexxa mill-Ispettur Darryl Borg flimkien mas-Surġenti Rhys Cassar (PS507)  u Anthony Scerri (PS1098).