Ambjent Għawdex

RITRATT: Id-Dwejra dalgħodu; kompletament differenti iżda xorta affaxxinanti

"Naħseb li s-saqaf tat-tieqa kien ilu snin maqtugħ"

Dan li qed taraw huwa ritratt li poġġa’ fuq Facebook dalgħodu s-Sindku ta’ San Lawrenz Għawdex Noel Formosa. Fir-ritratt, wieħed jara d-differenza fix-xenarju tad-Dwejra wara li 24 siegħa ilu krollat it-tieqa li kienet ikona ta’ gżiritna.

Noel Formosa qal “ħadt dan ir-ritratt dalgħodu ftit tal-minuti ilu, mill-iktar post fit-tarf possibbli. L-irdum jidher immermer u naħseb li s-saqaf tat-tieqa kien ilu snin maqtugħ mill-kumplament tal-istruttura”.