Sport Sport Ieħor

Serena Williams tirtira mill-Indian Wells u l-Open ta’ Miami

Serena Williams se titlef l-ewwel pożizzjoni fir-rankings

Serena Williams irtirat mill-Paribas Open fl-Indian Wells, deċiżjoni li fissret li se titlef il-pożizzjoni tan-numru wieħed fid-dinja. Williams għadha ma lagħbitx minn meta rebħet l-Open tal-Awstralja f’Jannar, unur li kien it-23 Grand Slam tagħha biex irritorna fil-quċċata tar-rankings.

Iżda problema fl-irkoppa x-xellugija se jġiegħel lit-tennista ta’ 35 sena li titlef l-Indian Wells u t-tournament WTA Tour ta’ Miami. “Sfortunatament se jkolli nirtira mill-Indian Wells u l-Open ta’ Miami. Ma stajtx nitħarreġ minħabba kupptejja u ninsab diżappuntata li ma nistax inkun hemm. Se nipprova nibqa’ pożittiva u nħares ‘il quddiem biex nirritorna kemm jista’ jkun malajr,” qalet Serena Williams.

Angelique Kerber se tieħu l-ewwel post mingħand Williams, li tal-anqas kellha bżonn li tasal sas-semifinali tal-Indian Wells biex iżomm il-pożizzjoni tagħha.