Atletika Sport

Shelly-Ann Fraser Pryce qed tistenna tarbija

Il-Ġamajkana Champion renjanti tad-dinja tal-100 metru Shelly-Ann Fraser-Pryce se titlef il-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika li se jsiru f’Londra minħabba li qed tistenna tarbija. Id-darbtejn Champion Olimpika tal-100 metru li għandha 30 sena qed tippjana li tirritorna fl-azzjoni fl-2018.

It-tliet darbiet Champion tad-dinja, qalet li tittama li tiddefendi t-titlu f’Londra.” Il-ħajja hi mimlija minn grazzji minn Alla. Bħalissa qed naħseb li nkun l-aqwa omm,” qalet Fraser Pryce.