Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illum jinsab fi Brussell, fejn qed jattendi għas-Summit tal-Partit Popolari Ewropew (PPE), li beda llum waranofsinhar. Dan hu l-aħħar Summit qabel il-Kungress tal-PPE, li se jsir f’Malta fid-29 u fit-30 ta’ dan ix-xahar.
Matul is-Summit tal-lum, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qed jingħaqad fost l-oħrajn mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, mal-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, mal-President tal-PPE Joseph Daul, mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel u mal-Prim Ministru ta’ Spanja Mariano Rajoy.
//= $special ?>