Futbol Sport

Telfa għal Roma fi Franza u draw għal Man United fir-Russja

Edin Dzeko fi dwell ma' Mouctar Diakhaby (Ritratt: EPA)

It-tmien partiti fir-rawnd tal-aħħar 16 tal-UEFA Europa League offrew spettaklu fejn għajr partita waħda, il-logħbiet kollha għadhom miftuħin. Spikkat it-telfa għal Roma li fi Franza li tifu 4-2 kontra Olimpique Lyon. Il-Franċiżi marru fil-vantaġġ wara tmien minuti minn Diakhaby, iżda Roma wettqu reazzjoni u dawru l-iskor b’gowls minn Salah u Fazio fl-20 u t-33 minuta biex daħlu 2-1 minn fuq. Iżda l-Franċiżi ġabu d-draw fis-47 minuta minn Tolisso, biex is-sostitut Fekir poġġa lil Lyon fil-vantaġġ fl-74 minuta. Alexandre Lacazette skorja r-raba’ gowl lejn it-tmiem b’konklużjoni mill-isbaħ.

Manchester United kisbu draw ta’ 1-1 fir-Russja, f’kundizzjoni tal-pitch diffiċli, draw li jista’ jkun importanti biex jikkwalifikaw għall-kwarti tal-finali. Ir-Red Devils marru fil-vantaġġ fil-35 minuta b’gowl ta’ Henrik Mkhitaryan li skorja mill-viċin wara passaġġ ta’ Ibrahimovic. Rostov ġabu d-draw fit-53 minuta b’gowl ta’ Bukharov li għeleb lil Sergio Romero hekk kif li kkontrolla u kkonkluda mill-ewwel wara passaġġ fit-tul

 

Riżultati tal-partiti kollha tal-ewwel leg

APOEL v Anderlecht 0-1

FC Copenhagen v Ajax 2-1

Rostov v Manchester United 1-1

Celta Vigo v Krasnodar 2-1

Gent v Genk 2-5

Lyon v Roma 4-2

Olympiacos v Besiktas 1-1

Schalke 04 v B. Monchengladbach 1-1