Futbol Sport

UFFIĊJALI: Xabi Alonso se jirtira fi tmiem l-istaġun

Xabi Alonso ilu ma' Bayern Munich mill-2014

Wara madwar xahrejn ta’ spekulazzjoni, ħarġet l-uffiċjalità li l-midfielder Spanjol ta’ Bayern Munich Xabi Alonso se jirtira fi tmiem dan l-istaġun. Hu kkonferma dan dalgħodu fuq twitter fejn kiteb “Lived it. Loved it. Farwell beautiful game”.

Il-midfielder ta’ 35 sena kellu karriera ta’ suċċess fejn fost is-suċċessi jispikkaw ir-rebħ tal-UEFA Champions League ma’ Liverpool fl-2005 u ma’ Real Madrid fl-2014.  Hu rebaħ kampjonat ma’ Real Madrid u darbtejn il-Bundesliga ma’ Bayern Munich. Mat-tim nazzjonali lagħab 114-il darba fejn kien jifforma parti mit-timijiet nazzjonali li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2010 u l-Kampjonati Ewropej fl-2008 u fl-2012.