Il-Pulizija arrestat lill-adolexxenti, Marcel Hesse, li hu suspettat li qatel tifel ta’ disa’ snin li kien joqgħod viċin tiegħu.
Intant, filwaqt li hemm allegat li Hesse ‘ftaħar fuq chat-room tal-Internet li hu anki spiċċa joqtol mara’, il-pulizija li sabu t-tieni katavru wara l-arrest identifikaw lill-vittma inkwistjoni bħala raġel,
Hesse kien is-suġġett ta’ kaċċa intensiva mill-pulizija wara li nhar it-Tnejn, sabu l-katavru tat-tifel fl-inħawi ta’ Herne. L-awtoritajiet qalu li Hesse kien bagħat ritratti tal-katavru fuq l-Internet, bl-adolexxenti, jiem wara, jispiċċa arrestat f’Herne ‘wara li kien identifika lilu nnifsu f’ ristorant’.