Il-każ tal-qtil ta’ David Abela li seħħ fl-aħħar tax-xahar li għadda qed ikun deskritt bħala każ sensittiv ħafna, bil-Pulizija janalizzaw kull tarf li jista’ joffri indikazzjoni ġdida fuq il-mottiv wara dan id-delitt jew il-persuni involuti.
F’dan ix-xenarju kienet kruċjali il-vettura BMW, propjeta’ tal-vittma, li instabet abbandunata f’Pembroke l-għada tad-delitt. Dan għaliex fl-istess karozza instabu wkoll ammont kbir ta’ flus kontanti. Sorsi qrib l-investigazzjoni li tkellmu ma’ Net News qalulna li fil-BMW (ritratt) kien hemm “eluf ta’ ewro”.
L-inkjesta dwar dan il-qtil għadha għadha għaddejja u mill-informazzjoni li għandna jidher li l-katavru għadu ma ġiex rilaxxat mill-Pulizija sabiex tkun tista’ ssir id-difna.
David Abela ta’ 51 sena instab maqtul ġewwa d-dar privata tiegħu fi Triq il-Ġiżi fis-Swieqi.
Ir-raġel instab bla ħajja f’għadira kbira ta’ demm mill-mara tiegħu stess għall-ħabta tal-5pm. Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fil-post. Hu instab marbut b’tape kemm ma saqajh, idejh u anke ħalqu.
David Abela kien is-sid tal-kumpanija ’21st Century Travel’ u ’21st Century Limousines’.
L-awtopsja kienet ikkonkludiet li Abela inqatel b’ħames daqqiet ta’ strument li jaqta’ u bil-pont, bid-daqqa f’għonqu tkun id-daqqa fatali.
//= $special ?>