Lokali

FILMAT: Ikisser karozza pparkjata fis-Swieqi

Ir-raġel jidher iserraħ ma' karozza ipparkjata u jagħti daqqiet ta’ sieq lill-mera tan-naħa tas-sewwieq tal-karozza sakemm qaċċatha.

Filmat ta’ CCTV li qed idur fuq il-midja soċjali juri raġel, li aktarx kien fis-sakra, ikisser karozza fis-Swieqi.

Fil-filmat, ir-raġel jidher iserraħ ma’ karozza ipparkjata u jagħti daqqiet ta’ sieq lill-mera tan-naħa tas-sewwieq tal-karozza sakemm qaċċatha.

L-inċident seħħ fi Triq l-Għarbiel nhar il-Ħadd li għadda għall-ħabta tal-5.30AM.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.