Lokali

FILMAT: “Importanti li jkollna n-nisa fil-politika” – Kristina Chetcuti

Kristina tkellmet ukoll fuq il-bżonn ta’ tibdil fis-sistema politika, u kif in-nisa jistgħu jiġu mħeġġa aktar sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom fid-deċiżjonijiet li jmexxu l-pajjiż.

“Li naf żgur li importanti li jkollna n-nisa fil-politika. Huwa stat ta’ fatt li eżempju fil-pajjiżi Skandinavi – fejn hemm aktar nisa fil-Parlament – il-policies dwar il-familja, saħħa u edukazzjoni huma mbutatti aktar” – dan qalitu Kristina Chetcuti s-sieħba tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt intervista fuq il-programm Iswed fuq l-Abjad fuq Net Television fid-dawl tal-Jum il-Mara.

Kristina tkellmet dwar kemm hu importanti li l-mara tingħata l-opportunita’ li jkollha karigi fi rwoli għoljin, iżda sfortunatament dan iċ-ċans f’pajjiżna huwa kemmxejn limitat.

Kristina tkellmet ukoll fuq il-bżonn ta’ tibdil fis-sistema politika, u kif in-nisa jistgħu jiġu mħeġġa aktar sabiex jagħtu l-kontribut tagħhom fid-deċiżjonijiet li jmexxu l-pajjiż.